Loading Events
  • This event has passed.

XENI / Set Painting and Set Building Workshops

17 Jannar 2020 - 2 Frar 2020
Dati: 17 ‒ 19 ta’ Jannar Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €20 / limitu ta’ 6 studenti kull kors Is-sett huwa għodda essenzjali fl-irrakkuntar ta’ kwalunkwe produzzjoni u jeħtieġ kollaborazzjoni mill-iżjed intensa bejn dawk li jpenġuh u dawk li jibnuh. Dawn il-workshops huma mmirati għal dawk id-disinjaturi tas-sett li qed jippromettu, dawk intiżi, studenti tat-teatru, disinjaturi tal-props u dawk ta’ wara l-kwinti. Niżżel PDF b’iżjed informazzjoni minn hawnhekk. Workshop tat-Tpinġija tas-Sett / Introduzzjoni għat-Tpinġija tas-Sett Dan il-workshop, li għandu jintroduċi l-kunċett tat-tpinġija tas-sett, se jitmexxa minn Mario Paolantonio, espert bi snin ta’ esperjenza fil-qasam tiegħu. Il-kors huwa maqsum f’5 oqsma li se jkunu qegħdin ikopru metodi differenti, tekniki varji tat-tpenġija, l-użu tal-kuluri u materjali differenti. Sa tmiem il-kors ta’ tlett ijiem l-istudenti se jkunu qegħdin jesperjenzaw il-proċess u r-realizzazzjoni ta’ xena mill-bidu nett tagħha sal-prodott finali. Dan huwa workshop prattiku li se jkun qed joffri l-opportunità li wieħed jaħdem fi grupp ma’ individwi li jaħsbuha l-istess; individwi li għandhom l-istess passjoni sabiex jiddiskutu, jitgħallmu, u jaqsmu l-ideat bejniethom. Workshop tal-Bini tas-Sett/ Tekniki u Ideat għall-Bini tas-Settijiet u l-Props Dan il-workshop għandu jservi ta’ introduzzjoni prattika għad-dinja tas-sett tredimensjonali u l-bini tal-props mill-artist veteran Joe Galea, li jgawdi minn snin ta’ esperjenza grazzi għall-ħafna produzzjonijiet li kien involut fihom. Il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità jaraw il-props jiġu ttrasformati minn sempliċiment idea għal prodotti finali f’varjetà ta’ materjali, li jinkludu l-immudellar tredimensjonali fit-tafal, immudellar fil-ġibs u l-lastiku kif ukoll l-użu tal-kartapesta, it-tinqix fl-injam u l-bini bl-użu ta’ biċċiet u props tal-ġablow. Galea se jkun qed jidħol fid-dettall tal-użu tal-kulur u l-manipulazzjoni ta’ effetti speċjali bl-għan li jinkiseb kwalunkwe riżultat mixtieq jew jidher iż-żmien fuq il-props użati. Interessat/a? Ikseb iżjed informazzjoni u rreġistra minn hawnhekk!      

Workshop tad-Disinn tad-Dawl

Dati: 30 ta’ Jannar 2020 ‒ 2 ta’ Frar 2020 Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv Prezz: €20 / limitu ta’ 6 studenti kull kors   Workshop tad-Disinn tad-Dawl tas-Sett/ L-Irrakkuntar tal-Istejjer permezz tad-Dawl Dawn il-workshops mill-iżjed utli dwar id-disinn tad-dawl immexxijin mid-disinjatur tad-dawl William Iles ikopru l-bażiku tad-dawl tas-sett u d-disinn tad-dawl. L-applikanti interessati se jsiru midħla tal-arti tal-irrakkuntar tal-istejjer permezz tad-dawl. Niżżel PDF tal-informazzjoni kollha minn hawnhekk. Interessat/a? Ikseb iżjed informazzjoni u rreġistra minn hawnhekk!   Simpożju dwar id-disinn tat-teatru u l-iżvilupp tiegħu f’Malta u barra, li jkopri produzzjonijiet varji inklużi workshops u diskussjonijiet.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a