Żanżan Kelma

Loading Events
  • This event has passed.

Żanżan Kelma

19 Settembru 2018 @ 6:00 pm - 8:00 pm
Data u Ħin: L-Erbgħa, 19 ta’ Settembru 2018, 6pm Post: Studjow B, Spazju Kreattiv Prezz: Bla ħlas Bħala attività anċillari għall-Jum Ewropew tal-Lingwi f’Malta – EDL 2018, l-Għaqda tal-Malti – Università, b’kollaborazzjoni mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, se tkun qiegħda żżanżan kelma.. jew tnejn, hi u torganizza spelling bee bil-Malti għat-tieni sena konsekuttiva. Żanżan Kelma hija parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv, u se tkun preżentata mid-duo maħbub, Danusan. Tfal ta’ bejn it-8 u t-13-il sena huma mistiedna japplikaw sabiex jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni li ser issir fid-19 ta’ Settembru, bejn is-18:00 u t-20:00, fi Studjow B fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta. Se jingħataw ukoll premjijiet lill-ewwel tliet rebbieħa ta’ kull sessjoni, mogħtija lilna minn Merlin Publishers. Se jingħata ċertifikat lill-parteċipanti kollha. Il-postijiet huma limitati, għalhekk, inħeġġukom tapplikaw mill-aktar fis, permezz ta’ email fuq [email protected] jew billi tikkuntattjawna fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Għaqda stess.
Creative Team
Il-Kumitat tal-Għaqda tal-Malti (Università), it-taqsima tal-lingwa fir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
120 mins
Ċert
n/a
Lingwa
Malti