Artisti f’Residenza, Lulju 2019


Dwar il-Proġett

ME(et)TEEN

Me(et)TEEN huwa proġett ta’ residenza ta’ 3 ġimgħat għaż-żgħażagħ Maltin. Joħloq spazju għall-adoloxxenti biex jiltaqgħu, jikkollaboraw u jesploraw kif jirrelataw lil hinn mill-ispazju tal-midja soċjali.

Bħala proġett huwa estensjoni ME(et)YOU ta’ Bysheim u Vella, prestazzjoni taż-żfin interdixxiplinari ffukata fuq l-aspett multidimensjonali tal-laqgħa; lil hinn mill-fruntieri, il-kulturi u s-sessi. Bysheim u Vella ilhom jirriċerkaw dan il-kunċett ta’ laqgħa sa mill-2015 u huma grati għall-opportunità l-ġdida li jadattaw il-proġett u jinvolvu ruħhom ma’ udjenza żagħżugħa ġdida.

Me(et)TEEN hija residenza taż-żfin kreattiva li toffri serje ta’ workshops ma’ 8-10 żgħażagħ Maltin ta’ bejn 13 u 14-il sena. Ir-residenza se tinkoraġġixxi l-kokreattività, il-kollaborazzjoni u l-esperimentazzjoni. L-adoloxxenti se jkunu motivati biex imorru lil hinn mil-limiti tagħhom, jespandu il-konfini tagħhom u jesploraw metodu li jista’ jkun ġdid għalihom: arti, kreazzjoni, riskju, prestazzjoni.

Iż-żgħażagħ se jkunu involuti b’mod attiv fi proċess kreattiv li jesplora l-effetti tal-midja soċjali fuq is-sentimenti u l-valur fuqhom infushom.

Permezz ta’ dan il-proċess, ikunu qed jiġu esposti għal ħin offscreen, ikollhom opportunità jiltaqgħu, jikkollaboraw, jiskambjaw u joħolqu ma’ individwi tamparhom u jiksbu għarfien fi proċess kreattiv ma’ artisti professjonali. Se jkun hemm ukoll mużiċist, bħala kollaboratur fil-proċess, li joħloq partitura li se jdoqq live fl-aħħar jum tar-residenza. Ir-riżultat aħħari ta’ dan il-proġett huwa prestazzjoni li l-adoloxxenti se jwettqu u jaqsmu ma’ udjenza.

Aktar tagħrif dwar ME(et)YOU: https: //vimeo.com/264957008


Dwar l-Artisti

Sarah Vella u Lisa Colette Bysheim

Bysheim u Vella ltaqgħu waqt l-istudji tagħhom fi Trinity Laban f’Londra. Bħala freelancers, huma joħolqu u jwettqu x-xogħol tagħhom stess f’kollaborazzjoni ma’ artisti oħra f’dixxiplini varji. Sal-lum, huma kienu individwalment involuti f’diversi proġetti ta’ żfin għall-films, il-palk u xogħlijiet speċifiċi għal sit. Il-moviment tal-lingwa tagħhom huwa ffurmat mill-esperjenza tagħhom f’tekniki kontemporanji u ta’ improvizzazzjoni.


Sarah Vella

Sarah Vella hija żeffiena/koreografa u terapista minn Malta bbażata f’Berlin. Wara li ggradwat b’Bsc.(Hons.) fit-Terapija tat-Taħdit u l-Lingwa, hija marret Londra biex tistudja fi Trinity Laban u mbagħad Berlin biex taħdem bħala artista taż-żfin freelance. Hija kienet parti minn diversi proġetti ta’ żfin, speċifiku għal sit, film u opra bħala żeffiena u koreografa u kompliet bit-taħriġ permezz ta’ workshops ma’ ħafna artisti influwenti.

Sarah ippreżentat xogħolha fuq livell nazzjonali u internazzjonali. Jiġifieri f’Malta (Notte Bianca, Spazju Kreattiv), l-Ingilterra, l-Italja, in-Norveġja u l-Ġermanja (100Grad Berlin Festival, Nah Dran series, Theaterforum Kreuzberg). Bħala artista, hija interessata li tesplora l-awtentiċità fuq il-palk u l-genuinità fl-improvizzazzjoni u matul il-proċess kreattiv.

Sarah għamlet ukoll għadd ta’ xogħol fil-komunità permezz taʼ koreografija u tagħlim taʼ żfin. Reċentament temmet l-istudji tagħha ‘Dance/Movement Therapy’ u qed tkompli taħdem bħala artista taż-żfin freelance, għalliema u terapista f’Berlin, Malta u barra.

Aktar tagħrif: www.sarah-vella.com              

Lisa Colette Bysheim

Lisa Colette Bysheim taħdem fil-qasam taż-żfin u l-arti tal-ispettaklu. Hija bbażata f’Bergen, in-Norveġja u tippreżenta x-xogħol tagħha fuq livell nazzjonali u internazzjonali. Il-prattika artistika tagħha tvarja mill-ħolqien tax-xogħol tagħha stess, li twettaq għal oħrajn sa kreazzjonijiet kollaborattivi. S’issa kienet involuta f’diversi proġetti ta’ żfin għal films, gallerija, palk u xogħlijiet speċifiċi għal sit.

Hija wettqet xogħlijiet ta’ Yaniv Cohen, Roskva Yasmin Andersen, TGO//4332, id-diretturi Helena Wik u Lene Therese Teigen. Żviluppat ukoll xogħlijiet ta’ improvizzazzjoni b’kollaborazzjoni ma’ żeffiena, artisti viżivi u mużiċisti. Fl-2018, Lisa Colette ikkunċettwalizzat il-proġett Performativity Beyond the Body mal-kuratriċi Kristina Melbø Valvik, serje ta’ ritratti u wirja transdixxiplinari li tesplora r-relazzjoni bejn l-istrutturi arkitettoniċi u l-ġisem.

Fix-xogħol artistiku tagħha hija interessata fil-ġisem, tesplora kif is-sensazzjonijiet, l-emozzjonijiet u l-enerġija għandhom il-potenzjal li jiftħu fehim aktar fil-fond tal-potenzjal fiżiku fil-moviment. Hi ispirata mill-ġisem, u taħdem bʼdak li hu intimu, mhux ipproċessat u onest f’forma fiżika biex toħloq moviment li jimbotta l-konfini tal-fiżikalità u jesplora ċaqliq kuntrastanti fl-enerġija.

Aktar tagħrif: www.lisacolettebysheim.com