Nota mid-Direttur Artistiku

Spazju Kreattiv bħala l-Qalba tal-Kreattività huwa l-messaġġ fuq xiex qed tinbena l-viżjoni artistika għas-snin li ġejjin. Fl-irwol il-ġdid tiegħi qed naħdem qatigħ mat-tim eċċellenti li għandna sabiex minkejja d-diffikultajiet tal-pandemija nwasslu programm msawwar b’avvenimenti varjati. Filfatt l-istaġun li hawn preżentat huwa parti minn proċess kontinwu li jħares li jippromwovi l-eċċellenza artistika, ħidma diretta mal-kommunitajiet u...