ACHTUNG! ACHTUNG! Europa…

Loading Events
  • This event has passed.

ACHTUNG! ACHTUNG! Europa…

16 Jannar 2016 @ 8:00 pm - 9:00 pm

Heiner Müller – Teatru kontemporanju – Ewroxettiċiżmu

Dati u Ħinijiet: Il-Ħamis 14 ta’ Jannar 2016, 8.0PM Il-Ġimgħa 15 ta’ Jannar 2016, 8.00PM Is-Sibt 16 ta’ Jannar 2016, 8.00PM

Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)

“il-ħsibijiet tiegħi huma ġrieħi f’moħħi. Moħħi hija ferita. NIXTIEQ LI NSIR MAGNA!! Minkbijiet li jaħtfu saqajn li jimxu ebda uġigħ ebda . . ħsibijiet… ” (Heiner Müller)

Ispirata u bbażata fuq ix-xogħol u kitbiet tad-drammaturgu Ġermaniż, Heiner Müller, din il-prestazzjoni kontemporanja titfa’ ħarsitha fuq ħames persuni li huma pjuttost diżappuntati fir-realtà Ewropea u li għalhekk kollha kemm huma għandhom xewqa li jsiru magna – xewqa li hija evidenti fil-ħsibijiet tagħhom. Din il-produzzjoni tiġbor flimkien l-esperjenzi ta’ ħsejjes u letteratura ddiżżinjati fuq stil ta’ montaġġ – stil li ma tantx jintwera fi produzzjonijiet teatrali Maltin. Għalkemm kemmxejn ambizzjuża, hija produzzjoni li għandha l-għan li tiżviluppa niċċa ġdida għal udjenza li qegħed tfittex esperjenza li tmur lil hinn mit-teatru tradizzjonali, f’kuntest fejn l-element dominanti tal-produzzjoni hija l-letteratura. Iżda, il-proġett ta’ Aleksovski jfittex li jiftaħ iktar minn niċċa għall-mod u l-prattika tat-teatru, imma fetħa għal skambju bejn artisti, kif ukoll edukazzjoni tematika għall-komunità lokali. https://youtu.be/y_uRZWRjT6M
Creative Team
Nenad Sharlo Aleksovski; Sasha "Chile" Jovanovic; Julien Vinet; Marko Trajkovic; Aldo Zammit; Leslie Torwie; Vladislav Ilic; Angie Aleksovski

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
60 min
Ċert
18 +
Lingwa
Ingliż