Blood – Kids Dig Science 2018/19

Loading Events
  • This event has passed.

Blood – Kids Dig Science 2018/19

10 Novembru 2018 @ 3:00 pm - 5:00 pm
Kids Dig Science hija kkoordinata mit-tim tal-Festival tax-Xjenza fi ħdan il-Kamra Maltija tax-Xjenzati. Dan l-istaġun, it-tim jerġa’ jiltaqa ma’ diversi xjenzati bil-għan li jsir jaf l-aħħar aħbar mill-oqsma kollha tax-xjenza, u sabiex dan jerġa’ jinħadem mill-ġdid għal tfal li għandhom ‘il fuq minn 6 snin. Din l-attività ġiet imfassla biex tispira lill-imħuħ żagħżagħ kurjużi, tħeġġeġ il-passjonijiet tagħhom u trawwem il-kreattività. Kids Dig Science hija tassew attivita’ perfetta għal dawk li dejjem qed ifittxu attivitajiet li jinkoraġixxu entużjażmu għal diversi suġġetti fit-tfal tagħhom.   Data u Ħin: Is-Sibt, 10 ta’ Novembru 2018, 3pm – 5pm Post: Studjows A & B, Spazju Kreattiv Prezz: €6 Jista’ jingħad ħafna dwar id-demm. Huwa magħmul minn erba’ elementi – plażma, ċelluli ħomor, ċelluli bojod u platelets. Kull parti għandha rwol speċjali. Il-plażma huwa likwidu isfar li jtik l-enerġija u li jgħinek biex tikber. Iċ-ċelluli tad-demm ħomor iġorru l-ossiġenu għaċ-ċelluli tiegħek. Kif tista’ tispjega dan kollu lit-tfal żgħar? Fortunatament, m’għandekx għalfejn! Il-pupazzi u x-xjenzjati tagħna qegħdin hawn biex jippreżentaw dawn il-fatti b’mod ċar, permezz tat-teatru interattiv u esperimenti xjentifiċi prattiċi.
Creative Team
Karen Fiorini (co-ordinator); Dr Edward Duca (science communications consultant); Sean Briffa (puppeteer and actor); Matthew Grech (hands on science experiments, games and crafts manager)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
120 mins
Ċert
6-13
Lingwa
Ingliż