Kids Dig Science 2018/19

Kids Dig Science hija kkoordinata mit-tim tal-Festival tax-Xjenza fi ħdan il-Kamra Maltija tax-Xjenzati. Dan l-istaġun, it-tim jerġa’ jiltaqa ma’ diversi xjenzati bil-għan li jsir jaf l-aħħar aħbar mill-oqsma kollha tax-xjenza, u sabiex dan jerġa’ jinħadem mill-ġdid għal tfal li għandhom ‘il fuq minn 6 snin. Din l-attività ġiet imfassla biex tispira lill-imħuħ żagħżagħ kurjużi, tħeġġeġ il-passjonijiet tagħhom u trawwem il-kreattività. ‘Kids Dig Science’ hija tassew attivita’ perfetta għal dawk li dejjem qed ifittxu attivitajiet li jinkoraġixxu entużjażmu għal diversi suġġetti fit-tfal tagħhom.

Fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet, il-pupazzi kienu qed jaffaċċjaw problemi kbar, imma grazzi għal udjenza ferm affidabbli u kemmxejn fuq ruħha, dawn xorta waħda rnexxielhom jevitaw serje ta’ sitwazzjonijiet diżastrużi. Minkejja li kellu jitwettaq dan ix-xogħol tant importanti, kien hemm wkoll ħafna logħob; it-tfal kellhom l-opportunità biex jesperimentaw, joħolqu arti unika, jittestjaw għall-aċidi u l-bażijiet, jissimulaw sħab, u ħafna aktar. Bħal dejjem, l-istaġun li ġej ta’ “Kids Dig Science”, se jinkludi ħafna affarijiet eċċitanti. Taħseb li t-tfal huma lesti għall-isfida li jmiss?

Tim kreattiv: Karen Fiorini (coordinator), Dr Edward Duca (science communications consultant), Sean Briffa (puppeteer), Matthew Grech (experiments, games and crafts manager) u Sephora Schembri (poster design).

Kids Dig Science hija parti mill-programm tal-attivitajiet ta’ STEAM @ Spazju Kreattiv.

 


Programme of Events

Powered by ADHD
Data u Ħin: Is-Sibt, 20 ta’ Ottobru 2018, 3pm – 5pm
Post: Studjow A & B, Spazju Kreattiv
Prezz: €6

Sinopsi dalwaqt.

 

Blood
Data u Ħin: Is-Sibt, 10 ta’ Novembru 2018, 3pm – 5pm
Post: Studjow A & B, Spazju Kreattiv
Prezz: €6

Jista’ jingħad ħafna dwar id-demm. Huwa magħmul minn erba’ elementi – plażma, ċelluli ħomor, ċelluli bojod u platelets. Kull parti għandha rwol speċjali. Il-plażma huwa likwidu isfar li jtik l-enerġija u li jgħinek biex tikber. Iċ-ċelluli tad-demm ħomor iġorru l-ossiġenu għaċ-ċelluli tiegħek. Kif tista’ tispjega dan kollu lit-tfal żgħar? Fortunatament, m’għandekx għalfejn! Il-pupazzi u x-xjenzjati tagħna qegħdin hawn biex jippreżentaw dawn il-fatti b’mod ċar, permezz tat-teatru interattiv u esperimenti xjentifiċi prattiċi.

 

Properties of Materials
Data u Ħin: Is-Sibt, 16 ta’ Frar 2019, 3pm – 5pm
Post: Studjow A & B, Spazju Kreattiv
Prezz: €6

Kollox huwa magħmul minn materja u ejja ħa ngħidulha kif inhi, il-materja tgħodd għall-ħafna affarijiet, aħseb u ara l-proprjetajiet tagħha! Fhimt? OK, forsi aħjar nerġgħu nibdew mill-bidu. Allura … materjal huwa oġġett magħmul minn materja u l-materjali kollha għandhom ċertu proprjetajiet. Il-proprjetajiet huma l-kwalitajiet li jiddistingwu materjal wieħed minn ieħor – id-daqs, il-kulur, il-piż, id-densità … Tul iz-żmien, in-nies kienu responsabbli għall-ħolqien ta’ bosta materjali tal-għaġeb. U jkomplu jtejbu dawn il-materjali eżistenti filwaqt li jivvintaw wkoll materjali ġodda. Dan kollu kif jirrelata ma’ “Kids Dig Science”? Sempliċi: bl-għajnuna tax-xjenzati aspiranti tiegħek, se noħolqu affarijiet li jirriflettu l-importanza tal-materja.

 

Weather Watch
Data u Ħin: Is-Sibt, 16 ta’ Marżu 2019, 3pm – 5pm
Post: Studjow A & B, Spazju Kreattiv
Prezz: €6

F’xiex tikkonsisti l-ġurnata ideali tiegħek? Jekk inti bħali, mela żgur li tgħożż dawk il-ġranet tax-xita, msaħħba u mimlija bir-ragħad u s-sajjetti. Eh, u aktar ma’ tkun kesħa, tant aħjar. It-temp huwa l-kundizzjoni li fiha tinstab l-atmosfera tal-pjaneta tagħna u din qed tinbidel il-ħin kollu. Allura, dawk li ma jaqblux miegħi huma xxurtjati, għaliex il-ġurnata msaħħba ideali tiegħi malajr tista’ tinbidel għal waħda luminuża u xemxija. Ippakkja l-krema kontra x-xemx, il-malji tal-għawm, il-kpiepel, l-umbrelel, il-wellies, il-ġkieket u x-xalpi u ejjew araw kif tinzerta li tkun l-atmosfera waqt “Kids Dig Science”.

 

Stop Cutting the Orchids
Data u Ħin: Is-Sibt, 13 ta’ April 2019, 3pm – 5pm
Post: StudjowA & B, Spazju Kreattiv
Prezz: €6

Hemm madwar 40 speċi ta’ orkidea fuq il-Gżejjer Maltin; jeżistu orkidej ta’ kull lewn u oħrajn li jieħdu bosta forom strambi, kollha kemm huma fjuri mill-isbaħ. Fl-2015, il-botaniċi sabu li orkidea partikulari li tinstab biss f’Malta kienet speċi li qatt ma kienet ġiet irreġistrata qabel. Din l-ispeċi tikber biss fuq dan l-arċipelagu – ħaġa verament tal-għaġeb! Sfortunatament bosta minn dawn l-ispeċijiet huma rarissimi. Hemm wkoll ċans li xi wħud minnhom huma estinti, sfortuna li hija marbuta mal-attivitajiet bla ħsieb tal-bnedmin. Ingħaqad magħna waqt “Kids Dig Science” biex issir taf kif tista’ tgħin biex tipproteġi dawn il-pjanti u kif ttemm aktar qerda tal-habitat naturali tagħhom.