DIY Synth Building Workshop
- This event has passed.
DIY Synth Building Workshop
10 Diċembru 2020 @ 6:30 pm - 8:00 pm
Il-workshop fi Studjow A huwa mimli. Individwi interessati li jattendu l-workshop xorta jistgħu jagħmlu dan permezz ta’ Zoom billi jibbukjaw fuq il-link ipprovdut. Il-parteċipanti li jattendu online ser jingħataw l-opportunità li jistaqsu mistoqsijiet waqt il-workshop. Ix-xandira diretta hija disponibbli biss għal dawk l-individwi li għandhom lis-Storbju Noise Monger Kit (attwalment mibjugħ). Dawk li ordnawha minn qabel jistgħu wkoll jissieħbu fix-xandira diretta.
Waqt dan il-workshop, il-parteċipanti ser jiġu ntrodotti għall-ħiliet bażiċi tal-issaldjar u jitgħallmu kif jibnu dan l-apparat sempliċi.
Stazzjonijiet tal-issaldjar se jkunu disponibbli, iżda l-parteċipanti għandhom bżonn jixtru il-kit ‘Storbju Noise Monger’ biex jattendu għal dan il-workshop. Iddisinjat minn Mike Desira u Frank Cachia, dan l-apparat sempliċi elettroniku li jiġġenera l-istorbju issa huwa disponibbli minn Electronic Music Malta.
Dan il-workshop se jkun avveniment ibridu, live fi Spazju Kreattiv – suġġett għall-protokolli tas-saħħa COVID-19 – u streaming ukoll live online. Il-prenotazzjonijiet għal dan il-workshop u x-xiri tal-apparat Storbju jistgħu jsiru permezz ta’ email fuq [email protected].
Electronic Music Malta hija appoġġjata mill-Kunsill għall-Arti ta’ Malta. Dan l-avveniment huwa parti mill-programm Circuits fi Spazju Kreattiv.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Informazzjoni fuq il-Post
Studio A