DRHA Malta 2018 Conference

Loading Events
  • This event has passed.

DRHA Malta 2018 Conference

9 Settembru 2018 - 12 Settembru 2018
Dati u Ħinijiet: il-Ħadd, 9 ta’ Settembru 2018 – L-Erbgħa, 12 ta’ Settembru 2018 Post: Spazju Kreattiv Prezz: Ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa, permezz tas-sit tal-internet ta’ DRHA 2018 It-22 edizzjoni tal-konferenza annwali Digital Research in the Humanities & Arts (DRHA) se teżamina t-tema ‘Creative Legacies: Collaborative Practices for Digital Cultural Heritage’. DRHA Malta 2018 se tkun ospitata fl-Ispazju Kreattiv, li jirrifletti l-għan tal-Fondazzjoni Kreattivita, entita’ li tikkatalizza riċerka innovattiva u mill-aktar avvanzata u xogħol kreattiv billi toħloq spazju għal konversazzjonijiet u kollaborazzjonijiet bejn id-dixxiplini. Sir af aktar fuq sit tal-internet ta’ DRHA 2018. Il-konferenza tinkludi wkoll programm varjat ta’ esibizzjonijiet u nstallazzjonijiet li huma miftuħa għall-pubbliku.  
Muscular Musical Interactions: Atau Tanaka u Tricia Dawn Williams Data u Ħin: is-Sibt, 8 ta’ Settembru 2018, 20:00 Post: Studjow B, Spazju Kreattiv Prezz: € 5 / € 3 (studenti u anzjani) / Dħul b’xejn (għall-membri ta’ Electronic Music Malta) Il-pjanista kontemporanja rinomata Tricia Dawn Williams teżegwixxi għażla ta’ xogħolijiet mir-repertorju tal-kompożitur diġitali ‘avant-garde’ minn Tokyo, Atau Tanaka. Din ir-rapprezentazzjoni se tkun segwita minn diversi rappreżentazzjonijiet eżegwiti minn Tanaka nnifsu. Żur il-paġna tal-avveniment hawn..   Remembering the Future: Digital Arts in Malta 1989-2019 Dati u Ħinijiet: Mill-Ħamis, 8 ta’ Settembru 2018 sal-Ħadd 30 ta’ Settembru 2018 Post: Spazji C1 & C2, Spazju Kreattiv Prezz: Dħul b’xejn Din l-esibizzjoni kkurata mill-Professur Vince Briffa u Dr Toni Sant tesplora arti diġitali maħluqa f’Malta matul dawn l-aħħar tletin sena. Żur il-paġna tal-avveniment hawn..   Creative Legacies: Collaborative Practices for Digital Cultural Heritage Dati u Ħinijiet: mill-Ħadd, 9 ta’ Settembru 2018 sal-Erbgħa, 12 ta’ Settembru 2018 Post: Studjow A, Spazju Kreattiv Prezz: Dħul b’xejn L-esibizzjoni ‘Creative Legacies’ tinkludi x-xogħol ta’ ħames artisti u tifforma parti mill-konferenza DRHA 2018. Proud and Torn: A Visual Memoir of Hungarian History minn Bettina Fabos One and Three Discs (after Kosuth) minn Paul Holmes patrol (2017) minn Dani Ploeger Acoustic Commons – Live Streams on the Locus Sonus Soundmap minn SoundCamp Boxing Skinner minn Louis-Charles Tiar

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a