Loading Events
  • This event has passed.

Train The Trainer – Inclusive Practice in the Creative Arts, by Opening Doors Association

8 Frar 2020
Data u Ħin: Is-Sibt, 8 ta’ Frar, 2020, (9.00am-5.30pm) Post: Studjow A, Studjow B u l-Atriju, ta’ Spazju Kreattiv Dħul b’xejn, prenotazzjoni meħtieġa L-għan tal-proġett “Train the Trainer” huwa li jipprovdi żvilupp professjonali kontinwu lill-persuni li jaħdmu fis-settur tad-diżabilità u l-arti. Opening Doors Association għandha l-għan li b’dan it-taħriġ tipprovdi aktar opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali lill-għalliema u l-volontiera tagħha, li jiffoka fuq proċessi artistiċi kif ukoll fuq it-tagħlim. Il-programm ta’ taħriġ huwa maħsub ukoll għal artisti freelance, gradwati tal-arti performattiva u kull min jaħdem fis-settur tal-arti u l-komunità, biex ikompli jsaħħaħ il-ħiliet essenzjali tal-professjonisti u l-istudenti fl-arti u l-komunità. L-għan huwa li inħeġġu artisti, studenti u għalliema f’dan il-qasam biex jiksbu l-għarfien u l-kompetenzi meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu b’mod effettiv ma’ artisti b’diżabilità intellettwali. Biex tirriżerva postok, jekk jogħġbok ibgħat imejl fuq [email protected].  Postijiet limitati u riżervati abbażi ta’ min-jiġi-l-ewwel-jinqeda-l-ewwel. Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan l-avveniment mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi

Kollaboraturi: Spazju Kreattiv u Arts Council Malta

Fondi: ‘Dan il-proġett ġie ffinanzjat minn Small Initiatives Support Scheme (SIS) immaniġjat mill- Malta Council for the Voluntary Sector (MCVS)’.

  Skeda tal-Ġurnata  9.00 Reġistrazzjoni/ Kafé 9.30am Introduzzjoni: Tim Wheeler (Ko-Fundatur u eks- AD of Mind the Gap għal 26 sena, artist, konsulent tal-arti, lettur anzjan) 10.00-11.25 Douglas Comley (Moviment u Żfin fil-kuntest tal-Komunità) 11.25-11.35 – Pawsa għal bibita 11.35-13.00 Sara Accettura – (Iż-Żfin u l-Awtiżmu) 13.00 – 14.00 Pranzu 14.00 – 15.30 Rosetta Debattista (Il-Mużika u d-Diżabbiltà) 15.30-16.00 Pawsa għat-te 16.00 -17.30 Tim Wheeler (It-Teatru u d-Diżabbiltà)
With the participation of
Spazju Kreattiv + Train the Trainers event is funded by Small Iniatives Scheme supported by Malta Council for the Voluntary Sector
Creative Team
Opening Doors Artistic Team, Tim Wheeler, Douglas Comley, Sara Accettura, Rosetta Debattista

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
8 sigħat
Ċert
n/a
Lingwa
Ingliż