Loading Events
  • This event has passed.

Call for Teen Participants: ME(et)TEEN

24 April 2019 - 10 Ġunju 2019
Għeluq tas-sejħa: it-Tnejn, 10 ta’ Ġunju 2019 Dati tal-proġett: mit-Tnejn, 1 ta’ Lulju sal-Ġimgħa, 12 ta’ Lulju 2019 Il-midja soċjali tuzaha? Pjattaformi bħal Instagram, Facebook jew Snapchat? Kemm tqatta’ ħin fuq il-medja soċjali? U għal xiex tużaha? Jekk int żagħżugħ jew żagħżugħa bejn it-13 u l-14-il sena u tixtieq tieħu sehem f’attività kreattiva u divertenti matul is-sajf, irridu nisimgħu mingħandek! Spazju Kreattiv f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ tistiednek biex tirreġistra għal dan il-workshop/proġett kreattiv offrut mingħajr ħlas li se jkun immexxi miż-żeffiena Lisa Colette Bysheim u Sarah Vella.  
  Għala għandek tirreġistra? Dawn il-workshops joffru spazju idejali fejn iż-żgħażagħ jistgħu jingħaqdu flimkien sabiex jesploraw il-kreattività tagħhom f’ambjent kollaborattiv u rilassat. Hawnhekk se jkollok wkoll l-opportunità li tesplora l-ħiliet kreattivi tiegħek waqt li tikseb ħiliet ġodda li jistgħu jiġu applikati fil-ħajja taʼ kuljum. X’għandek tistenna? Flimkien se nesploraw xi jfisser li “tiltaqa'” minn aspett multidimensjonali. Se nesploraw xi jfisser dan il-kunċett kemm fil-ħajja reali u fid-dinja virtwali. Flimkien se nmorru fuq vjaġġ kreattiv, fejn permezz ta’ eżerċizzji ibbażati fuq il-moviment fiżiku, il-kitba ħielsa, il-mużika, il-films, it-tpinġija, u t-test se nesploraw l-impatt tal-midja soċjali. Matul il-workshops se naħdmu kemm individwalment, kif wkoll f’pari u fi gruppi żgħar. Il-proġett se jintemm b’wirja għall-familja u l-ħbieb tal-parteċipanti. X’għandek bżonn tkun taf? Biex tieħu sehem mhija meħtieġa l-ebda esperjenza fl-oqsma taż-żfin u l-arti! Għandek bżonn biss entużjażmu, ix-xewqa li titgħallem ħiliet ġodda u r-rieda li taqsam il-ħsibijiet u l-esperjenzi tiegħek dwar il-media soċjali. Meta se jseħħu l-workshops? Workshop 1 – It-Tnejn, 1 ta’ Lulju, 11:00 – 15:00, f’Villa Psaigon, Ħad-Dingli Workshop 2 – L-Erbgħa, 3 ta’ Lulju, 11:00 – 15:00, f’Villa Psaigon, Ħad-Dingli Workshop 3 – Il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju, 11:00 – 15:00, f’Villa Psaigon, Ħad-Dingli Workshop 4 – It-Tnejn, 8 ta’ Lulju, 11:00 – 15:00, f’Villa Psaigon, Ħad-Dingli Workshop 5 – It-Tlieta, 9 ta’ Lulju, 11:00 – 15:00, f’Villa Psaigon, Ħad-Dingli Workshop 6 – L-Erbgħa, 10 ta’ Lulju, 11:00 – 15:00, fit-Teatru tal-iSpazju Kreattiv, il-Belt Valletta   Provi – Il-Ħamis, 11 ta’ Lulju, mill-11:00 sat-15:00, fit-Teatru tal-iSpazju Kreattiv, il-Belt Valletta Provi – Il-Ġimgħa, 12 ta’ Lulju, 14:00 – 18:00, fit-Teatru tal-iSpazju Kreattiv, il-Belt Valletta Wirja għall-pubbliku – Il-Ġimgħa, 12 ta’ Lulju, 19:00 – 20:00, fit-Teatru tal-iSpazju Kreattiv, il-Belt Valletta   Il-proċess tal-applikazzjoni Imla l-formola li tinstab hawn taħt sa mhux aktar tard mit-Tnejn, 10 ta’ Ġunju 2019. Għandek tirċievi risposta mill-iktar fis possibbli. Il-postijiet huma limitati għalhekk inħeġġuk biex tirreġistra kmieni kemm jista’ jkun biex tevita d-diżappunt! Għal aktar informazzjoni dwar ir-residenza, żur il-paġna tal-artisti.  
  This form is currently undergoing maintenance. Please try again later.
Creative Team
Lisa Colette Bysheim and Sarah Vella

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a