Loading Events
  • This event has passed.

Nothing Really Matters

4 Mejju 2021 - 30 Mejju 2021

Nothing Really Matters hija wirja ta’ pitturi mnebbħa minn għadd ta’ mistoqsijiet li, tul dawn l-aħħar snin, tnisslu fil-ħsibijiet tal-artista Debbie Caruana Dingli, u li huma ndirizzati lill-ommijiet “fittizji”, ommijiiet li ċċaħħdu minn uliedhom minħabba xi reat kriminali jew ieħor li kienu wettqu.

Dawn ix-xogħlijiet huma riflessjonijiet personali tal-artista; investigazzjoni suġġettiva fl-impatti emozjonali, psikoloġiċi u spiritwali li jġibu magħhom it-telf, is-separazzjoni, il-ħtija, l-indiema, il-mistħija, il-konfużjoni, l-biża’, is-solitudni, u kull tip u xorta ta’ emozzjoni u reazzjoni li titnissel f’dawk il-maħbubin li ma tantx nisimgħu dwarhom wara li tinqata’ s-sentenza: dawk l-ommijiet li, mingħajr uliedhom, bħal qisu wkoll jinqaflu f’tip ta’ ħabs għalihom.

 

ARTISTA
Debbie Caruana Dingli

KURATUR
Giulia Privitelli

FOTOGRAFU
Elisa von Brockdorff

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
BLA ĦLAS
Konċessjonijiet
BLA ĦLAS
Tfal
BLA ĦLAS
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Spazju A

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
5 ġimgħat
Ċert
n/a
Lingwa
n/a