Loading Events
  • This event has passed.

Privat: The Natural Body as Fiction (A+F 2020)

8 Marzu 2020 - 25 Marzu 2020
Dati u ħinijet Ftuħ: Il-Ħadd 8 ta’ Marzu, 7pm – 9pm Egħluq: L-Erbgħa 25 ta’ Marzu It-Tnejnijiet, l-Erbgħat, il-Ħamisijiet u l-Ġimgħat, 5pm – 7pm Is-Sibtijiet, 4pm – 7pm Post: The Mill – Art, Culture and Crafts Centre, Birkirkara Image credit: Charlene Galea and Jana Frost Qed ngħixu f’era diġitali fejn il-ġisem tal-mara qed isir aktar viżibbli minn qatt qabel.  Id-dinja onlajn tal-applikazzjonijiet tat l-opportunita’ lil ħafna nisa biex jesponu lilhom infushom.  M’għadiex kwestjoni ta’ ċelebrita’ jew mhux ċelebrita’, għaliex kulħadd jista’ jsir famuż f’tebqa  t’għajn.  Iżda dan ifisser li qed nispiċċaw nidhru aktar u ninstemgħu anqas minn qatt qabel?  Spiċċajna biss oġġetti bla leħen maqfula fil-gaġġa ta’ Instagram?  Tul l-2019, jiena għamiltha ta’ diversi personalitajiet attraenti onlajn. L-għan ma kienx dak li nperreċ ġismi iżda biex nindirizza xi tfisser li tkun ‘Mara’ f’dinja diġitali globalizzata bħal Instagram. Ritratti ta’ sex appeal jeżistu aktar minn qatt qabel.  Minn xi ħadd jixrob xarba friska għall xi ħadd għaddej miexi bil-kelb jew jagħmel il-yoga, dejjem ssib xi pożi attraenti.  Sirna nemmnu li aħna liberati sempliċement għar-rikonoxximent tagħna fis-soċjeta, d-dirttijiet indaqs lin-nisa u li mxejna ’il quddiem, u r-ritratti ta’ liberta’ sesswali huma sinjal ċar ta’ kif niċċelebraw din is-setgħa.  Fir-realta’, iżda, sirna aktar ripressi, il-ħin kollu naħsbu dwar l-immaġini tagħna, li nbiddluha, li nidru qisna xi dekorazzjoni fid-dinja onlajn. Is-sens li tkun attraenti tilef l-enerġija tiegħu.  Jekk għaxar snin ilu s-sens kien li tmur għax-xogħol jew tiltaqa’ mal-ħbieb jew forsi għal xi apputnament mal-partner u wieħed kien jara kif jagħmel biex jidher attraenti għall-okkażjoni speċjali, illum il-ġurnata iżda ossessjonati ż-żejjed bl-istampi manipulati b’filters jew b’applikazzjonijiet ta’ modifika ta’ xi parti tal-ġisem, li ħafna drabi jibdluna kompletament f’ċelebrita’ jew f’xi fotokopja eżatta ta’ xi influencer. Min aħna meta ħaddieħor ma jħarisx lejna?  Qed insiru aktar aljenati aktar minn qatt qabel mis-sess tagħna stess?  Is-sex appeal saret biss ibbażata fuq l-immaġini, verżjoni kurata u attenta biex tidher fuq Instagram, biex nikkomodifkaw lill-ġisimna f’partijiet iżgħar minn ġisimna u filwaqt li ninkuraġġixxu l-kapitlaiżmu biex jisplodu aktar malajr. L-esebizzjoni ta’ Charlene Galea ‘Privat: The natural body as fiction’ hija ssapportjata mill-Fondazzjoni Gabriel Caruana, li tifforma parti mill-programm artistiku flimkien ma’ SPRING l-inizjattiva annwali tal-Fondazzjoni. Hija parti mill-Wikimedia Community Malta’s Art+Feminism 2020 Project b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.  

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a