Loading Events
  • This event has passed.

Stop Cutting the Orchids – Kids Dig Science 2018/19

13 April 2019 @ 3:00 pm - 5:00 pm
Kids Dig Science hija kkoordinata mit-tim tal-Festival tax-Xjenza fi ħdan il-Kamra Maltija tax-Xjenzati. Dan l-istaġun, it-tim jerġa’ jiltaqa ma’ diversi xjenzati bil-għan li jsir jaf l-aħħar aħbar mill-oqsma kollha tax-xjenza, u sabiex dan jerġa’ jinħadem mill-ġdid għal tfal li għandhom ‘il fuq minn 6 snin. Din l-attività ġiet imfassla biex tispira lill-imħuħ żagħżagħ kurjużi, tħeġġeġ il-passjonijiet tagħhom u trawwem il-kreattività. Kids Dig Science hija tassew attivita’ perfetta għal dawk li dejjem qed ifittxu attivitajiet li jinkoraġixxu entużjażmu għal diversi suġġetti fit-tfal tagħhom. Data u Ħin: Is-Sibt, 13 t’April 2019, 3pm – 5pm Post: Studjows A & B, Spazju Kreattiv Prezz: €6 Hemm madwar 40 speċi ta’ orkidea fuq il-Gżejjer Maltin; jeżistu orkidej ta’ kull lewn u oħrajn li jieħdu bosta forom strambi, kollha kemm huma fjuri mill-isbaħ. Fl-2015, il-botaniċi sabu li orkidea partikulari li tinstab biss f’Malta kienet speċi li qatt ma kienet ġiet irreġistrata qabel. Din l-ispeċi tikber biss fuq dan l-arċipelagu – ħaġa verament tal-għaġeb! Sfortunatament bosta minn dawn l-ispeċijiet huma rarissimi. Hemm wkoll ċans li xi wħud minnhom huma estinti, sfortuna li hija marbuta mal-attivitajiet bla ħsieb tal-bnedmin. Ingħaqad magħna waqt “Kids Dig Science” biex issir taf kif tista’ tgħin biex tipproteġi dawn il-pjanti u kif ttemm aktar qerda tal-habitat naturali tagħhom.
Creative Team
Karen Fiorini (co-ordinator); Dr Edward Duca (science communications consultant); Sean Briffa (puppeteer and actor); Matthew Grech (hands-on science experiments, games and crafts manager)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
120 minuta
Ċert
6-13
Lingwa
Ingliż