Loading Events
  • This event has passed.

Weather Watch – Kids Dig Science 2018/19

16 Marzu 2019 @ 3:00 pm - 5:00 pm
Kids Dig Science hija kkoordinata mit-tim tal-Festival tax-Xjenza fi ħdan il-Kamra Maltija tax-Xjenzati. Dan l-istaġun, it-tim jerġa’ jiltaqa ma’ diversi xjenzati bil-għan li jsir jaf l-aħħar aħbar mill-oqsma kollha tax-xjenza, u sabiex dan jerġa’ jinħadem mill-ġdid għal tfal li għandhom ‘il fuq minn 6 snin. Din l-attività ġiet imfassla biex tispira lill-imħuħ żagħżagħ kurjużi, tħeġġeġ il-passjonijiet tagħhom u trawwem il-kreattività. Kids Dig Science hija tassew attivita’ perfetta għal dawk li dejjem qed ifittxu attivitajiet li jinkoraġixxu entużjażmu għal diversi suġġetti fit-tfal tagħhom.   Data u Ħin: Is-Sibt, 16 ta’ Marzu 2019, 3pm – 5pm Post: Studjows A & B, Spazju Kreattiv Prezz: €6 F’xiex tikkonsisti l-ġurnata ideali tiegħek? Jekk inti bħali, mela żgur li tgħożż dawk il-ġranet tax-xita, msaħħba u mimlija bir-ragħad u s-sajjetti. Eh, u aktar ma’ tkun kesħa, tant aħjar. It-temp huwa l-kundizzjoni li fiha tinstab l-atmosfera tal-pjaneta tagħna u din qed tinbidel il-ħin kollu. Allura, dawk li ma jaqblux miegħi huma xxurtjati, għaliex il-ġurnata msaħħba ideali tiegħi malajr tista’ tinbidel għal waħda luminuża u xemxija. Ippakkja l-krema kontra x-xemx, il-malji tal-għawm, il-kpiepel, l-umbrelel, il-wellies, il-ġkieket u x-xalpi u ejjew araw kif tinzerta li tkun l-atmosfera waqt “Kids Dig Science”.
Creative Team
Karen Fiorini (co-ordinator); Dr Edward Duca (science communications consultant); Sean Briffa (puppeteer and actor); Matthew Grech (hands-on science experiments, games and crafts manager)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
120 minuta
Ċert
6-13
Lingwa
Ingliż