Loading Events
  • This event has passed.

Circuits 2019 – An Electronic Music Conference

3 Mejju 2019 - 4 Mejju 2019
Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa, 3 – Is-Sibt, 4 ta’ Mejju, 2019 Post: Atriju, Lejn l-Atriju, Studjos A, B u t-Teatru ta’ Spazju Kreattiv Dħul għall-konferenza huwa bla ħlas Circuits hija konferenza annwali għal dawk li tinteressahom il-produzzjoni u l-innovazzjoni fil-mużika elettronika. Din il-konferenza, li ħa tirritorna għar-raba’ edizzjoni tagħha, hija organizzata minn Electronic Music Malta u bħal fis-snin li għaddew ser ssir ġewwa Spazju Kreattiv fit-3 u 4 ta’ Mejju, 2019. Fl-ewwel jum, ser ikollna Performance-Lecture mingħand Yuri Landman, kreatur ta’ strumenti mużikali alternattivi u artist passat fl-Artists’ Residency Programme ta Spazju Kreattiv. F’din l-attività, Yuri se jkun qed idoqq strumenti varji li kkrea hu stess filwaqt li jispjega xi ftit mit-tekniċi li huwa juża fil-proċess tal-kreazzjoni. Fit-tieni jum, il-konferenza tkun fl-aqwa tagħha permezz ta’ serje ta’ diskussjonijiet u rappreżentazzjonijiet bis-sehem ta’ Mario Abela, Introwerks, Robert Babicz, Melchior Sultana u The Ebbin & Flow. Finalment, il-konferenza tiġi fi tmiemha b’kunċert mill-gruppi POW Ensemble u Poèmes Électroniques. Bħal fis-snin ta’ qabel, ‘Circuits’ ħa tinkludi wkoll installazzjoni, ‘masterclasses’ fuq inġinirija tal-ħoss u ‘sound design’ u mużika kontinwa li ħa tindaqq minn diversi dj’s. ‘Circuits 2019’ hija parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv u qed tiġi mnedija bis-saħħa ta’ Black Box Pro, Red Bull u Late Interactive. Il-konferenza ser tkun bla ħlas filwaqt li l-biljetti għall-kunċerti jixtraw: Biljett ta’ ġurnata: EUR10 (EUR8 għall- membri ta’ EMM) Biljett għaż-żewġ avvenimenti: EUR15 (EUR12 għall- membri ta’ EMM ), (Circuits 2019 – Yuri Landman Performance-LectureCircuits 2019 – Poèmes Électroniques & Pow Ensemble)

Biex tixtri biljett wieħed għaż-żewġ avvenimenti (EUR15 ), jekk jogħġbok agħżel post minn fuq iż-żewġ avvenimenti u s-sistema tiddireġik għall-prezz imraħħas awtomatikament.

Ġħall-membri ta’ EMM, jekk jogħġobkom agħżlu post minn fuq iż-żewġ avvenimenti, u agħżlu ‘EMM Members’ mill-menu ta’ fuq.  Kif isir dan, is-sistema tiddireġik għall-prezz speċjali u mraħħas awtomatikament.

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
Kull età
Lingwa
Malti/Ingliż