Loading Events
  • This event has passed.

Circuits 2019 – Yuri Landman Performance-Lecture

3 Mejju 2019 @ 8:00 pm - 10:00 pm
Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju, 2019, 8pm Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv Prezz: EUR10 (EUR8 għall- membri tal-EMM) Biex tibda l-konferenza ta’ ‘Circuits 2019‘, nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju, Electronic Music Malta u Spazju Kreattiv se jkunu qed jippreżentaw lekċer performattiva mill-kreatur tal-istrumenti Olandiż, Yuri Landman. L-artist Yuri Landman kien magħżul bħala parti mill-programm ta’ Residenza tal-Artisti ta’ Spazju Kreattiv fl-2016. Matul ir-residenza tiegħu, Yuri kkontribwixxa għall-ħolqien ta’ numru ta’ strumenti elettro-akustiċi, li issa jiffurmaw parti mill-kollezzjoni tal-Fondazzjoni Kreattività. Għal din l-okkażjoni biss, ser ikollok l-opportunità li ddoqq dawn l-istrumenti flimkien ma’ Yuri u l-membri l-oħra tal-udjenza. Yuri Landman (b. 1973) huwa mużiċist u inventur ta’ strumenti mużikali. Huwa ħadem ma’ atti sperimentali bħal Sonic Youth, dEUS, Melt Banana, Rhys Chatham, Ex-Easter Island Head, Half Japanese, u Kaki King. Fl-2012, flimkien ma’ Bart Hopkin, ippubblika ‘Nice Noise’, ktieb dwar kif tipprepara l-kordi u tekniki avvanzati għall-kitarra. Fl-istess sena beda wkoll il-grupp tiegħu, Bismuth, flimkien ma’ Arnold van de Velde, segwit mill-album tad-debutt fl-2014. Il-konferenza ser tkun bla ħlas filwaqt li l-biljetti għall-kunċerti jixtraw: Biljett tal-kunċert: EUR10 (EUR8 għall- membri ta’ EMM) Biljett għaż-żewġ avvenimenti: EUR15 (EUR12 għall- membri ta’ EMM ), (Circuits 2019 – Yuri Landman Performance-Lecture + Circuits 2019 – Poèmes Électroniques & Pow Ensemble )

Biex tixtri biljett wieħed għaż-żewġ avvenimenti (EUR15 ), jekk jogħġbok agħżel post minn fuq iż-żewġ avvenimenti u s-sistema tiddireġik għall-prezz imraħħas awtomatikament.

Ġħall-membri ta’ EMM, jekk jogħġobkom agħżlu post minn fuq iż-żewġ avvenimenti, u agħżlu ‘EMM Members’ mill-menu ta’ fuq.  Kif isir dan, is-sistema tiddireġik għall-prezz speċjali u mraħħas awtomatikament.

With the participation of
Electronic Music Malta, Spazju Kreattiv
Creative Team
Yuri Landman

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
120 minuta
Ċert
U
Lingwa
Ingliż